[FILMAT] Missier il-Bobby ilu jippjana 14-il sena biex ipattiha lil Jason Micallef

George Abela, missier u konsulent ewlieni tal-Bobby, baqa’ jistenna għal 14-il sena sħaħ biex ipattiha lil Jason Micallef talli, min-naħa tiegħu, ħadem għal Joseph fil-ġlieda għal-Leadership tal-Labour fl-2008.

Fit-tieni round ta’ dik il-ġlieda, Joseph kien kaxkar lil missier il-Bobby u sar il-Leader tal-Labour wara Fredu Sant. Iżda dan ir-riżultat ma tantx jidher li kien niżel tajjeb lil missier il-Bobby tant li, fuq ix-Xandir kien qal li mhux lest jaħdem ma’ nies bħal Jason Micallef.

Filmat li għaddielna xi ħadd fil-Kwartieri juri l-għaqda li jemmen fiha George Abela. Kien ċar fi kliemu: “U żgur li le”, filwaqt li staqsa “min ilbieraħ għamilli dil-ħsara kollha, illum jista’ jiġi spalla ma’ spalla u jgħidli ħa naħdem miegħek?”.

Minn dakinhar għaddew 14-il sena u fl-aħħar xhur, il-Bobby ħalef li jpattiha u jqaċċat lil kull min, b’xi mod, kien marbut ma’ Joseph u t-tmexxija tiegħu.

Aktar minn xahrejn ilu, żvelajna kif, wara li qaċċtu lil Manwel Cuschieri, “dawk qrib il-Bobby fil-Kwartieri qed iħejju kollox biex … juru l-bieb ta’ barra tas-Super 1 lil Jason Micallef minn Chairman“. U issa ħareġ kif missier il-Bobby hu l-moħħ ewlieni wara din it-tkeċċija imminenti.

Għax f’dan il-filmat, sa minn 14-il sena ilu, kien diġà ddikjara li jrid ipattiha lil Jason Micallef. U jidher li issa li ibnu qed imexxi l-Labour, ġietu x-xoqqa f’moxxtha biex jeħles minnu minn mas-saqajn!

2 comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *