[FILMAT] Jason Micallef jibqa’ jinsisti: “Hemm nies fil-Gvern li ma nħossx li qed jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom”

Wara li tqaċċat mit-tmexxija tas-Super One, qed ikompli dejjem jidher aktar fiċ-ċar li Jason Micallef ma jridx jaħfirha lill-Bobby u lil dawk ta’ madwaru.

Matul intervista fuq l-FLiving, l-eks Chairman tas-Super One, li tkeċċa mill-kariga mill-Bobby u dawk qrib tiegħu, qal li fil-Gvern u fl-entitajiet tiegħu hemm nies li mhux suppost għandhom posthom hemm. Tant li jtenni li “hemm nies fil-Gvern li ma nħossx li qed jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom”.

Mingħajr ma jsemmi ismijiet, Jason Micallef jgħid li din is-sitwazzjoni ilha sseħħ għal din l-aħħar sena, jiġifieri taħt it-tmxxija tal-Bobby.

Bħala eżempju isemmi l-proġetti fit-toroq li dejjem qed jaqgħu lura milli jitlestew, f’botta diretta lejn il-Ministru Aaron Farrugia, li kien l-għażla naturali tal-Bobby biex jieħu post Ian Borg, li kulħadd jaf kemm kien u għadu qrib Joseph.

Diġà urejna kif missier il-Bobby kien ilu 14-il sena jippjana kif se jpattiha lil Jason Micallef wara li ma kienx appoġġjah fil-ġlieda għal-leadership li kien rebaħ Joseph.

Illum, hu fatt magħruf li missier il-Bobby ikun ta’ kuljum fil-kurituri ta’ Kastilja, tant li hu meqjus bħala wieħed mill-aktar konsulenti qrib il-Bobby.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *