KIF ŻVELAJNA: Jason Micallef jitkeċċa mis-Super 1 – jibda triqtu mill-Marsa għal Ta’ Qali

Kif żvelajna f’Awwissu li għadda, Jason Micallef tkeċċa mit-tmexxija tas-Super 1 biex jagħmel spazju għal xi ħadd eqreb il-Bobby, missieru u sħabhom, li jridu jaħtfu għal kollox f’idejhom it-tmexxija tal-Labour u jeħilsu darba għal dejjem minn dawk qrib Joseph.

Ilbieraħ filgħaxija, waqt li kienu qed jinġabru l-flus, Jason Micallef ħabbar “it-tluq tiegħi”, mhux ir-riżenja personali, mit-tmexxija tas-Super 1. Dan jikkonferma kif “it-tluq tiegħu” ma kienet xejn ħlief tkeċċija u mhux għażla personali.

Kif żvelajna wkoll aktar riċenti, George Abela, missier il-Bobby, ilu jżomm fuq l-istonku għal 14-il sena kif se jpattiha lil Micallef wara li dan kien ħadem favur Joseph u kontrih fil-ġlieda għal-Leadership tal-2008.

Issa, Jason Micallef ma fadallu l-ebda triq oħra ħlief li jippakja mill-Marsa u jiddedika ħinu f’Ta’ Qali, fejn mistenni jibda jmexxi b’mod full-time il-Park Nazzjonali ħalli b’hekk il-Bobby, missieru u sħabhom jeħilsu minnu darba għal dejjem minn mas-saqajn.

Fuq il-Facebook, hu ma għamel l-ebda referenza jew awgura lil min intagħżel biex jieħodlu postu. Minflok, u b’ton sarkastiku, hu awgura biss li s-Super 1 “jibqa’ jxandar kif nafuh illum”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *