Ilbieraħ filgħaxija, waqt li kienu qed jinġabru l-flus, Jason Micallef ħabbar “it-tluq tiegħi”, mhux ir-riżenja personali, mit-tmexxija tas-Super 1. Dan jikkonferma kif “it-tluq tiegħu” ma kienet xejn ħlief tkeċċija u mhux għażla personali.
Issa, Jason Micallef ma fadallu l-ebda triq oħra ħlief li jippakja mill-Marsa u jiddedika ħinu f’Ta’ Qali, fejn mistenni jibda jmexxi b’mod full-time il-Park Nazzjonali ħalli b’hekk il-Bobby, missieru u sħabhom jeħilsu minnu darba għal dejjem minn mas-saqajn.
Fuq il-Facebook, hu ma għamel l-ebda referenza jew awgura lil min intagħżel biex jieħodlu postu. Minflok, u b’ton sarkastiku, hu awgura biss li s-Super 1 “jibqa’ jxandar kif nafuh illum”.
