[FILMAT] Għada mistennija nkunu nafu min huma n-nies “mill-uffiċċji fil-Belt” li keċċew lil Manwel Cuschieri

Għadda xahar minn meta Manwel Cuschieri sfida lill-Bobby li “jekk l-affarijiet ma jinbidlux”, kien se jgħid dak li għandu x’jgħid wara d-deċiżjoni li jitkeċċa mis-Super 1.

B’hekk, issa jidher li fadal biss ftit sigħat sakemm l-eks preżentatur politiku fuq ir-radio tal-Labour jiżvela min kien il-moħħ wara din id-deċiżjoni, li ġibdet l-istmerrija ta’ ħafna Laburisti.

Meta l-Ġimgħa li għadda tkellem fuq Facebook, fejn qed jitkellem ta’ kull ġimgħa minn kemm ilu li tkeċċa mis-Super 1, Manwel Cuschieri qal li m’għandux problema biex fi “kwistjoni ta’ ġranet” jikxef l-ismijiet ta’ min “ħaseb li jista’ jinħeba f’xi uffiċċju fil-Belt Valletta” u “li jaħsbu li ma nafx (Manwel Cuschieri) li kienu wara din id-deċiżjoni”.

Hu beda l-messaġġ tiegħu billi qal li għalih, is-Super 1 saret xi ħaġa tal-passat, speċjalment minħabba din id-deċiżjoni li ttieħdet u li insista li ma kinitx fil-kontroll tiegħu. B’hekk issa kollox idur lejn il-Bobby u sħabu biex jispjegaw x’wassal għal din it-tkeċċija wara 30 sena ta’ programmi.

Fuq kollox, Manwel Cuschieri jirringrazzja lill-eks Leaders Fredu u Joseph, iżda ma jagħmel l-ebda referenza għall-Bobby. Barra minhekk, fil-ġimgħat li għaddew diġà ħareġ fil-pubbliku li Manwel kellu l-appoġġ sħiħ ta’ dak li s’issa għadu ċ-Chairman tas-Super 1, Jason Micallef, li kien iddikjara li ma kellux x’jaqsam mat-tkeċċija tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *