[FILMAT] Minkejja l-ftaħir kollu, it-tfal Qriema minsijin mill-Bobby u sħabu

Minkejja l-ftaħir dwar ix-xogħol li suppost qed isir fl-iskejjel tal-Gvern, il-verità hi li għall-Bobby u sħabu l-edukazzjoni ma tingħatax l-importanza li jistħoqqilha.

U meta ma tingħatax importanza lill-edukazzjoni, l-aktar li jbatu huma t-tfal. Bħal fil-każ tat-tfal Qriema li qed ikollhom imorru fi skola fejn hemm telqa kbira.

Evidenti mir-ritratt li qed idur fuq il-Facebook, li juri l-istat diżastruż li jinsabu fihom partijiet minn din l-iskola.

U dan minkejja li l-Ministru Clifton Grima, il-magħżul tal-Bobby biex suppost imexxi l-Edukazzjoni, moħħu biex jiftaħar kemm sar xogħol matul is-Sajf biex it-tfal ikollhom skejjel isbaħ, tant li qal li t-tfal kellhom isibu ambjent “sabiħ u li jilqagħhom” appena jidħlu lura fl-iskejjel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *