[ESKLUSSIVA] Jason Micallef għal barra wara Manwel Cuschieri?

Dawk qrib il-Bobby fil-Kwartieri qed iħejju kollox biex, wara Manwel Cuschieri, juru l-bieb ta’ barra tas-Super 1 lil Jason Micallef minn Chairman.

Fi żmien Joseph, Jason kien tqabbad imexxi l-media tal-Partit u kellu saħħa qawwija fuq il-programmi li jixxandru, mhux b’anqas il-programmi politiċi, kif ukoll min jidħol jaħdem hemm.

Madankollu, wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, itteħditlu ħafna mis-saħħa li kellu fis-Super 1, tant li ma tantx seta’ jagħmel wisq biex tkun evitata t-tkeċċija ta’ Manwel Cuschieri, li ħadha bi kbira sew li issa lanqas biss jista’ jidħol fil-bini tas-Super 1.

Kien Jason stess li kkonferma dan fuq Facebook, kif tindika l-istampa ta’ hawn taħt.

U issa jidher li d-destin ta’ Cuschieri qed joqrob lejn Jason, hekk kif mill-Kwartieri għaddejja ħidma qawwija biex jintbagħat imexxi l-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali u b’hekk jeħilsu minnu darba għal dejjem.

4 comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *