Ftit tal-jiem ilu, l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għalaq sninu.
U fuq Facebook tefa’ botta lill-Bobby u sħabu dwar kif l-għaks qed jolqot lil kulħadd, inkluż lilu, tant li ngħata biss biċċa minn slice minflok kejk tal-birthday sħiħ.
Bid-differenza li, filwaqt li l-poplu qed iħoss l-għafsa tal-għoli tal-ħajja b’pagi u pensjonijiet miżeri, Edward Scicluna jaqla’ l-eluf kull xahar bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
U issa li m’għadux Ministru tal-Finanzi, qed jissuġġerixxi li min qed ibati (jiġifieri żgur li mhux hu!), għandu jingħata għajnuna akbar, kif spjega mat-Times ix-xahar li għadda.