In-Nikolaos, il-vapur il-Grieg li l-Gvern tal-Labour ġab biex suppost isaħħaħ il-flotta tal-vapuri tal-Gozo Channel, ftit tal-jiem ilu deher jarmi daħna sewda qawwija qabel ma qasam il-fliegu.
Dan il-filmat dar sew fuq il-Facebook, b’ħafna jitkażaw bil-ħsara ambjentali li qed jagħmel. U dan minbarra n-nuqqas ta’ aċċessibbiltà għall-anzjani jew persuni b’diffikultà mobbli, kif ukoll il-mod kif il-karozzi jittellgħu u jitniżżlu qishom landi tal-kunserva jmissu ma’ xulxin.
Dan il-vapur żdied mal-flotta tal-Gozo Channel mill-Gvern tal-Labour għax ma kienx kapaċi jibni r-raba’ vapur ġdid bħalma kien għamel il-PN fil-Gvern bit-tliet vapuri l-oħrajn.
In-Nikolaos, li għandu aktar minn 30 sena, suppost li kien inġieb Malta għal ftit xhur, iżda twekkejna bih għal numru ta’ snin, bil-Gvern tal-Bobby ftit li xejn għandu f’moħħu li jeħles minnu.