Matul konferenza tal-aħbarijiet, Fearne kkonferma li l-Gvern tal-Bobby irid idaħħal l-abort f’pajjiżna.
Matul konferenza tal-aħbarijiet, meta mistoqsi minn ġurnalista tal-MaltaToday, hu qal li l-Gvern ma jridx li jerġa’ jseħħ każ ieħor bħal tal-Amerikana Andrea Prudente, li xtaqet tagħmel abort f’pajjiżna għax qalet li t-tqala kienet se twassal għal kumplikazzjoni serja f’saħħitha.
S’issa, il-proċess li talbet Prudente ma jistax isir għax jitqies bħala wieħed ta’ abort.
Iżda issa, Fearne qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-Liġi biex it-tobba jkunu jistgħu jagħmlu dan il-proċess, bl-iskuża li “jissalvaw il-ħajjiet”. Madankollu, hu fl-ebda waqt ma spjega li dan il-proċess hu wieħed abortiv. Imbasta jifraħ li hu “proud daddy”!
Għaldaqstant, il-Bobby u sħabu qed jagħmlu minn kollox biex idaħħlu l-abort f’pajjiżna, jekk mhux mill-bieb, mit-tieqa.