[FILMAT] Tal-PBS kienu jafu x’se tgħid Phylisianne Brincat – il-preżentatur wassalha biex tgħid li qalet

Għalkemm wara bdew jilgħabuha tal-paladini, tal-PBS kienu jafu x’taħseb u x’se tgħid Phylisienne Brincat, li skont hi l-mard jiġi mid-dnubiet “tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabel”. Din id-dikjarazzjoni ġabet l-istmerrija ta’ kważi kulħadd.

Kien biss wara l-istmerrija ta’ kważi kulħadd li t-tmexxija tal-PBS ħarġet stqarrija xotta biex tgħid li “iddiżassoċjat ruħha u kkundannat bla riżerva” l-kummenti ta’ Phylisienne għax qalet li “imorru kontra l-valuri li tħaddan u tippromwovi l-PBS”.

Iżda li ma qalitx it-tmexxija tal-PBS hu li l-preżentatur tal-programm, l-eks Sindku tal-Labour Quinton Scerri, kien jaf x’taħseb u x’se tgħid Phylisienne u wassalha biex tgħid dak li fil-fatt qalet.

Il-filmat li minn dalgħodu ilu jdur fuq il-Facebook juri biċ-ċar kif, matul il-programm, il-politiku tal-Labour ammetta li l-opinjoni ta’ Phylisienne issemmiet fil-laqgħa li hi kellha mat-tim tal-produzzjoni tal-programm, inkluż hu stess. Minn fuq, kien hu stess li wassalha għal dak il-kumment kundannabbli.

Tal-PBS issa inutli joqgħodu jibku d-dmugħ tal-kukkudrilli. Huma kompliċi għal dak li qalet Phylisienne Brincat u xi ħadd għandu jerfa’ responsabbiltà ta’ dak li ġara fuq ix-Xandir tal-Istat!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *