Fl-aħħar qal waħda tajba l-Bobby: qed ngħixu f'”ċirkostanzi straordinarji”

Fl-aħħar jiem, il-Bobby kien imsiefer biex jattendi Summit fl-Iżlanda. Fuq is-Super One tellgħu ritratt tiegħu mdawwar bil-ġurnalisti daqslikieku kien hemm xi interess għal dak li kellu x’jgħid. Imma fil-verità, staqsieh biss ġurnalist wieħed, li kien dak tax-Xandir.

Iżda fl-aħħar, il-Bobby qal waħda tajba mal-ġurnalist. Għax, meta wieħed iqis il-gravità tal-aħbarijiet li smajna fl-aħħar ġimgħat u dak li ppubblikat it-Times ilbieraħ, hu minnu li dan is-Summit kien qed isir “f’ċirkostanzi straordinarji”.

Fl-istess jum li l-eks Kap tal-Gvern Franċiż Nicolas Sarkozy weħel il-ħabs għax tilef appell fil-Qorti, konna qed inkomplu naraw kif il-Bobby u l-Gvern tiegħu għadhom ma għamlu xejn biex issir ġustizzja u nġibu lura l-400 miljun ewro tal-isptarijiet. Bħalma għadu ma għamel xejn biex issir ġustizzja ma’ omm Jean Paul Sofia jew saħħaħ il-Korp tal-Pulizija biex każ bħal ta’ Bernice Cassar ma jerġax iseħħ.

Mhux ta’ b’xejn, il-Bobby qal li qed ngħixu “ċirkostanzi straordinarji”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *