Joseph isejjaħ lin-nies tiegħu biex jappoġġjawh

Wara l-aħbar ta’ dalgħodu dwar kif daħħal l-eluf mingħand min hu stess tahom il-miljuni mit-taxxi tal-poplu, Joseph dalgħodu pprova jidher frisk daqs ħassa meta mistoqsi minn ġurnalist.

Umbagħad, hu uża l-istil uniku tiegħu biex isejjaħ lin-nies tiegħu jappoġġjawh meta qal li “anke waħdi nibqa’ niġġieled għall-verità”. Dan meta jaf li sejħa żgħira mingħandu twassal biex eluf ta’ Laburisti jimlew it-toroq biex jappoġġjawh.

L-‘istedina’ ta’ Joseph tkompli mad-diversi drabi li sieħbu Manwel Cuschieri appella fuq il-Facebook biex il-Laburisti jinġabru biex jappoġġjaw lil Joseph meta jkun il-każ.

Agħfas hawn biex tara x’qal dalgħodu lill-ġurnalist.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *