Il-Bobby jikser ir-regoli tiegħu stess: bla maskra fost l-anzjani minkejja l-vulnerabbiltà tagħhom

Minkejja l-ħafna paroli sabiħ ta’ kemm jixtieq “isostni” lill-anzjani, il-Bobby qed jiġi jaqa’ u jqum mis-saħħa tagħhom, li huma fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Barra minhekk, hu għażel li jikser ir-regoli li daħħal hu stess u sħabu b’rabta mal-protezzjoni tal-anzjani u dawk vulnerabbli kontra t-tixrid tal-Covid-19.

Fil-fatt, hekk kif jumejn ilu hu mar jieħu r-ritratti mal-anzjani f’ċentri ddedikati għalihom, il-Bobby qagħad idur u jieħu b’idejn in-nies mingħajr biss kien liebes maskra.

Minkejja li r-restrizzjonijiet relatati mal-Covid-19 tista’ tgħid li spiċċaw kollha, f’residenzi u ċentri għall-anzjani, persuni b’diżabbiltà jew persuni vulnerabbli oħrajn, għadu obbligatorju l-ilbies tal-maskra.

Iżda l-Bobby ikkonferma kemm, basta jidher sabiħ fir-ritratti u l-filmati, jiġi jaqa’ u jqum minn saħħet dawk l-aktar għeżież.

Fuq Facebook, ħafna kkummentaw jekk kienx jaqa’ u jqum li kieku f’dak iċ-ċentru kien hemm xi anzjan jew anzjana li jiġu minnu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *