Il-pudina ta’ Clayton Bartolo: jaqla’ ċamata u jkollu jneħħi r-ritratt mill-Facebook

Is-sena 2023 ma tantx tidher li bdiet tajjeb għal Clayton Bartolo, li l-Bobby għadu qed iħallih jaħbi kemm swew tipi differenti ta’ ftehim li suppost żiedu t-turiżmu f’Malta.

Mal-bidu tas-sena, Bartolo għamel dik li ħafna qed iqisuha bħala “pudina kbira” meta għażel li jmur jara logħba ta’ ħbiberija bejn in-nisa ta’ Birkirkara FC u dawk tal-Manchester United liebes tracksuit tat-tim barrani.

U dan minkejja li l-Ministru joħroġ ukoll fuq id-distrett ta’ Birkirkara!

Ir-ritratt tant ġibed kritika li Bartolo qala’ ċamata mill-Bobby, li qallu li waqqa’ wiċċ il-Kabinett kollu l-art, tant li Bartolo kellu jneħħi r-ritratt mill-Facebook tiegħu.

Ritratt li wassal ukoll għal diversi kummenti ta’ satira, fosthom minn esponenti tal-Labour, bħall-eks Deputy Leader Joe Brincat, li awguralu li ntagħżel minn tal-United biex ikunilhom Manager għax kellhom bżonn lil “xi ħadd ta’ kalibru” u “li jista’ jgħollilhom il-moral” wara li telqilhom Ronaldo!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *