[FILMAT] Clyde Caruana jattakka lil Mintoff u jgħid li kien “jaħtaf il-ġid biex itih lil ħaddieħor”

Clyde Caruana, persuna qrib ħafna tal-Bobby, tant li kien iċ-Chief of Staff tiegħu u fis-snin riċenti tefgħu Ministru tal-Finanzi, din il-ġimgħa ħareġ b’attakk kontra l-Perit Mintoff matul intervista mal-MaltaToday.

Caruana kien mistoqsi dwar il-fatt li issa l-Labour reġa’ qed jipprova jimbotta l-messaġġ li hu Soċjalist. U filwaqt li enfasizza kemm iħossu kburi li hu Soċjalist u li “wieħed qatt ma għandu jinsa minn fejn beda u telaq”, dawwar il-kanuni fuq il-Perit, li qal li dan “kien jaħtaf il-ġid biex itih lil ħaddieħor”.

“Li tkun Soċjalist ma jfissirx hekk”, sostna wieħed mill-eqreb persuni tal-Bobby, f’tentattiv biex jipprova jgħallem lil Missier is-Soċjaliżmu f’Malta kif taħdem il-politika soċjalista.

Dan il-kumment mill-Ministru tal-Finanzi wassal għal kritika qawwija mill-Mintoffjani, filwaqt li fakkrithom kif xahrejn ilu, il-Bobby ma marx biex isellem lill-Perit f’għeluq sninu. U dan f’tentattiv ieħor li l-Bobby u sħabu qed jagħmlu minn kollox biex inessu l-ġid li għamel Mintoff kemm dam Leader tal-Labour u Prim Ministru.

Għax qisu li qed jagħmel il-Bobby biss tajjeb u ta’ qablu ma jikkalkulawhx!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *