[FILMAT] Il-Bobby ma jmurx isellem lil Mintoff

Li kieku għadu ħaj, il-Perit Mintoff illum kien jagħlaq 106 snin.

Kif jiġri ta’ kull sena, ilbieraħ it-tmexxija tal-Labour marret fuq il-monument ta’ Mintoff fil-qalba ta’ Bormla, li tant kien iħobb, u qegħdet bukketti tal-fjuri.

Madankollu, f’din l-okkażjoni stonat l-assenza tal-Bobby, li ma ħassx li kellu jmur isellem lil wieħed mill-predeċessuri tiegħu, li jibqa’ magħruf għall-ħidma li għamel biex pajjiżna seta’ jimxi ‘l quddiem fiż-żmien meta kien Leader tal-Labour u Prim Ministru.

Uħud minn dawk li kkummentaw dwar l-assenza tal-Bobby esprimew id-diżappunt tagħhom għal dan il-fatt, fost kummenti li jidher li aktar ipprefera jmur xi ftit fuq il-boat milli jsellem lil Mintoff.

Filwaqt li nsellmu lil Missier Malta Soċjalista, niftakru ftit minn xhiex għadda Mintoff minn taħt il-Labour, bi kliemu stess.

One comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *