Ftit qabel ir-reazzjoni tal-Bobby, il-Laburisti jgergru fuq il-Facebook li qed jitwarrbu

Minkejja l-pompi mill-Kwartieri dwar kemm il-Bobby illejla se jipprova jpinġi l-Budget sabiħ, il-verità fost il-Laburisti fit-triq hi bil-wisq differenti.

Fil-fatt, fuq il-Facebook, il-Laburisti veri qed jisfidaw lill-Bobby u sħabu biex jagħmlu test veru tal-polz tal-poplu billi jiċċekkjaw x’qed jaħsbu l-Laburisti dwar il-mod kif qed jitmexxa l-Labour.

Fl-aħħar sigħat, Philip Schembri, partitarju akkanit Laburista magħruf bħala Lippu minn Ħaż-Żebbuġ, beda d-diskussjoni billi talab lil dawk imsakkrin fil-Kwartieri fil-Ħamrun biex jagħmlu survey “fuq dawk il-Laburisti li ħadmu kemm felħu għall-Partit u issa twarrbu mill-Partit”.

Sfida fuq il-Facebook li wasslet biex ħafna Laburisti kkonfermaw kif fit-tmexxija hemm “koċċ vavi bil-ħarqa jmexxu”!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *