[RITRATT] Għall-ftaħir li l-Bobby kiteb minn fuq il-boat, iwieġbu l-Maltin li m’humiex ilaħħqu mal-ħajja

Ftit tal-jiem ilu, minn fuq il-boat, il-Bobby kiteb fuq il-Facebook li l-ekonomija sejra tajjeb. Iżda l-kummenti tiegħu ma tantx intlaqgħu tajjeb minn min mhux ilaħħaq mal-ħajja.

Dan hekk kif ħafna Maltin u Għawdxin ikkummentawlu pubblikament li l-ħajja qed titbissem biss lil dawk li diġà huma miljunarji, aktar bis-saħħa tal-Gvern, iżda dawk li m’għandhomx post fejn joqgħodu, ma jistgħux jaffordjaw ikollhom imqar saqaf diċenti fuq rashom.

Oħrajn qalu li, għalkemm l-ekonomija tjiebet, ma nistgħux ingawduha f’pajjiżna stess bil-konkrit u l-krejnijiet li qed jidfnu kull fejn tħares u bil-barranin li nfadew il-pajjiż.

Iżda żgur li l-messaġġ li jiġbor kollox hu ta’ dik il-persuna li qalet lill-Bobby li “iż-żaqq il-mimlija tiġi titmejjel mill-vojta”!

Agħfas fuq l-istampa ta’ hawn taħt biex taqra wħud mill-kummenti għall-kitba tal-Bobby fuq il-Facebook.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *