Fredu Sant jgħid li l-Bobby ma jismax biżżejjed

Ċanfira wara l-oħra għall-Bobby u għall-mod li bih qed imexxi lill-Gvern.

Issa kien imiss lil Fredu Sant, l-eks Leader tal-Labour, li fuq Facebook innota kif mhux qed jisma’ biżżejjed. Għax għalkemm qed jgħid li qed jisma’ wara, tant li ġieli jbiddel deċiżjonijiet li jkun ħa, il-Gvern tal-Bobby mhux qed jisma’ qabel.

Hu fakkar kif fil-passat kienu jinħarġu l-White Papers biex il-poplu jkun jista’ jgħid tiegħu dwar id-deċiżjonijiet li jkunu se jittieħdu. Qal li meta l-Gvern jisma’ wara li tkun ittieħdet u bdiet titwettaq id-deċiżjoni, “ta’ spiss isir diffiċli li tibdel id-deċiżjoni”.

Fuq kollox, jiġbed widnejn il-Bobby meta jgħidlu li hu ċar li “biex il-proċess tas-smigħ minn qabel jirnexxi jrid jidher bħala ġenwin” u li “trid turi li dak li jkun intqal matul il-konsultazzjoni mhux kollu jkun daħal minn widna u ħareġ minn oħra”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *