[FILMAT] Il-Maltin irrabjati u inkwetati imma l-Bobby fuq il-boat

It-Times dalgħodu ikkwotat stħarriġ internazzjonali li juri kif il-Maltin u l-Għawdxin huma l-aktar irrabjati u inkwetati fl-Unjoni Ewropa. Min-naħa l-oħra, ġejna ta’ qabel tal-aħħar fejn jidħol kemm aħna ferħanin.

Dan l-istħarriġ isegwi ieħor li għamlu t-Times ilbieraħ u li wera kif aktar minn tliet kwarti tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin jgħaddu minn problemi mentali relatati ma’ xogħolhom, b’żieda qawwija mis-sena li għaddiet.

U quddiem dawn il-problemi, li jiżdiedu mal-lista li fuq nett tagħha hemm l-għoli tal-ħajja, il-Bobby jidher li qed ikompli jgawdi s-Sajf fuq il-boat u jiekol il-ġelati f’Ragusa, bħalma għamel kemm ilu Prim Ministru.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *