[FILMAT U RITRATTI] Dawk qrib Joseph jisfidaw lill-Bobby u jipprotestaw quddiem il-Qorti

Il-preżentatur fuq il-media tal-Labour li ngħata l-ġenb mill-Bobby għax kien wisq qrib Joseph, Manwel Cuschieri, dalgħodu sfida lit-tmexxija tal-Partit meta kien il-perċimes li ġabar lin-nies quddiem il-Qorti biex jieħduha kontra l-istituzzjonijiet.

Wara li kien Joseph li beda jkeskes lin-nies fuq il-Facebook, Manwel kompla l-isfida billi qal li l-Laburisti għandhom jinġabru quddiem il-Qorti biex jaqbżu għal Frederick Azzopardi, li kien imexxi Infrastructure Malta.

Ir-relazzjoni bejn Joseph u l-familja Cuschieri ilha tajba ħafna għal diversi snin, tant li ħu Manwel kien ċeda s-siġġu fil-Parlament lil Joseph meta laħaq Leader u b’ringrazzjament, dan spiċċa fil-Parlament Ewropew.

Quddiem il-Qorti, il-partitarji qrib Joseph u Manwel kienu ċari ma’ Azzopardi: qalulu li “aħna warajk” u li dawk li ma jaqblux miegħu huma “għajjurin” u li jmisshom jistħu.

Min-naħa tagħhom, dawk qrib il-Bobby ma riedux li Joseph u sħabu jkollhom ħafna nies u għalhekk, qalu lill-MaltaToday li m’għandhomx x’jaqsmu mal-protesta ta’ dalgħodu.

Iżda Manwel xorta sfida u ġabar in-nies biex umbagħad tefa’ botta waqt xandira fuq Facebook (minħabba li ma ħallewhx fuq ir-radio) billi rringrazzja lil dawk li attendew u li dawk li ma marrux għall-protesta, iridu jaraw kif se jserrħu l-kuxjenza tagħhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *