[FILMAT] Lill-blogger tal-Labour jiġbdulu l-ispaga u jwaqqgħuh għaċ-ċajt

Il-blogger tal-Labour Simon Mercieca twaqqa’ għaċ-ċajt mill-Bobby u sħabu biex jipprovaw jitfgħu lil tal-PN f’dawl ikrah.

Matul il-weekend, hu kiteb li “Il-PN qed jistħi juri l-aġenda liberali tiegħu: jiċċensura l-partiċipazzjoni tad-diriġenti u d-deputati tiegħu f’pride parades” billi vvinta li r-rappreżentanti tal-PN li marru għall-pride march tas-Sibt fil-Belt ma dehrux fl-aħbarijiet tan-NET u, skont hu, kienu “ċċensurati”.

Iżda l-verità hi oħra, kif jindika l-filmat ta’ hawn taħt meħud mill-aħbarijiet tan-NET tas-Sibt li għadda stess. U b’hekk il-blogger tal-Labour spiċċa jaqa’ għaċ-ċajt billi rrapporta FAKE NEWS għax kiteb li qalulu mingħajr ma ċċekja l-fatti!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *