Għaliex is-skiet tal-Bobby dwar l-iskandlu tat-TM?

Bħalissa l-Bobby qed ikun sfurzat jagħmel minn kollox biex jidher kemm jista’ allegruż, filwaqt li jaħbi l-iskandlu li ħakimlu u heżżiżlu l-Gvern: dak ta’ Transport Malta u l-mod kif kien hemm min kien qed jgħaddi mit-testijiet tal-liċenzja għax ħallsu lill-Uffiċjali tat-TM.

Għalkemm s’issa għadhom mhux magħrufin l-ismijiet, diġà hu magħruf li fost dawk involuti hemm persuni li jifformaw parti mill-Gvern tal-Bobby. U għalhekk, issa kollox qed jindika li l-ispotlights qed jippuntaw lejn Kastilja biex naraw jekk dan għandux il-guts jieħu l-azzjonijiet qabel ma l-fatti jħammrulu wiċċu u wiċċ il-Gvern li jmexxi.

Fil-fatt, għal darba darbtejn, fl-aħħar jiem il-Bobby kien fuq ir-radio u fl-ebda waqt ma għamel referenza għas-sitwazzjoni li mistennija taħsad il-ħidma tal-Gvern.

Iżda wieħed jistaqsi għaliex dan is-skiet mill-Bobby. Tgħid hemm involut xi ħadd veru qrib tiegħu? Għax li kieku kien xi ħadd qrib Joseph, pereżempju, diġà għamel show bih u qaċċtu!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *