[ESKLUSSIVA] Anton Refalo qed iħossu mwarrab u qed jhedded li ma jerġax joħroġ

Il-Ministru Anton Refalo ilu jħossu mwarrab, speċjalment fil-mod kif fil-kampanja elettorali l-Bobby u sħabu raw kif għamlu biex ikun aġevolat Clint Camilleri u hu jibqa’ lura. Madankollu, mill-Kwartieri kienu jafu li Refalo hu maħbub fil-gżira Għawdxija u għalhekk, ma rnexxielhomx itajruh min-nofs.

Iżda meta għaddiet l-elezzjoni, il-Bobby tefa’ lil Clint Camilleri bħala l-Ministru għal Għawdex u lil Refalo bħala Ministru tal-Agrikoltura. Dan wassal biex Clint jista’ jaqdi lill-Għawdxin kif irid, filwaqt li Anton ftit li xejn baqgħetlu saħħa politika fil-gżira tat-tliet għoljiet.

Dan kollu qed iwassal lil Anton biex idawwar il-kelma fost l-Għawdxin li, jekk l-affarijiet ma jinbidlux, ma jerġax joħroġ għal elezzjoni ġenerali oħra. Din tkun daqqa ta’ ħarta kbira f’Għawdex għal-Labour u għall-Bobby, speċjalment wara li fl-aħħar elezzjoni diġà tilef lil Justyne, li wkoll kienet maħbuba hemm.

Fil-fatt, jingħad li qabel l-elezzjoni, il-Bobby kienet imur ta’ spiss għand Justyne biex jipprova jikkonvinċiha toħroġ jew almenu ma ttellifx lil-Labour. Min-naħa tagħha, hi kienet taf bil-ħidma qawwija li l-Labour kien qed jagħmel biex ikun aġevolat Clint u għalhekk, ma setgħetx tirriskja li ġġib voti anqas minnu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *