[RITRATTI] Il-Bobby jirreaġixxi u jiġi Malta għal żewġ laqgħat żgħar u privati

Il-Bobby kellu jirreaġixxi għal dak li kitbu fuqu tat-Times, tant li dawk ta’ madwaru ppjanawlu ftit laqgħat ta’ malajr f’pajjiżna wara l-kritika li qed jaqla’ għax aktar moħħu fuq il-boat milli biex jiggverna.

Wara l-artiklu ppubblikat il-Ħadd li għadda fis-Sunday Times, fl-aħħar jiem ittellgħu ritratti tal-Bobby matul laqgħat żgħar u privati, ironikament it-tnejn li huma bl-istess qmis.

Kellu laqgħa mas-Sindki tal-Ħamrun u l-Marsa kif ukoll żar in-Naxxar, fejn qed iħejju għall-Festa. Iżda din iż-żjara aktar għamlitlu ħsara politika milli ġid speċjalment fost l-għaqdiet fil-ħames distrett li ma rawhx b’nemes fl-ebda mill-festi tagħhom.

Kif spjegat it-Times, l-aħħar ritratt li deher fihom il-Bobby qabel dawn iż-żewġ laqgħat ippjanati kien ippubblikat fis-27 ta’ Lulju u jurih jitkellem ma’ anzjan liebes coat tax-xitwa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *