Lil tal-Bobby qed indejquhom bil-verità – qed jippruvaw iwaqqfuna

L-items li ppubblikajna fl-aħħar jiem jidhru li qed jagħtu sew fl-għajn lil dawk qrib il-Bobby f’Kastilja, tant li fl-aħħar jiem, din il-website kienet fil-mira ta’ diversi tentattivi ta’ attakki (“Brute force attacks”).

Kif tindika l-istampa ta’ hawn isfel, f’ġurnata waħda biss saru aktar minn 500 tentattiv ta’ attakk, li twaqqfu mis-sistema. Dawn l-attakki normalment isiru b’kompjuters (“bots”) issettjati għal attakki kontinwi fuq websites ħalli, b’ħafna tentattivi f’xulxin, is-server ma jiflaħx aktar u l-website ma tibqax aċċessibbli.

Iżda dawn l-attakki mhux se jaqtgħulna qalbna, anzi se nkomplu nippubblikaw aktar items, fosthom dwar kif il-Labour spiċċa maqsum, tant li l-Bobby qed jitlef il-kontroll tas-sitwazzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *