Tas-Super 1 dalgħodu vvintaw storja oħra biex iqarrqu u nqabdu f’gidba ċara grazzi għall-ġurnalisti li wkoll xandru l-istess intervista.
Hekk kif dalgħodu nżammet l-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu battal minn Robert Arrigo, ir-reporter tas-Super 1 staqsa lil Albert Buttigieg, wara li kien għadu kif sar Deputat ġdid tal-PN, jekk kienx hemm min talbu biex ma jikkontestax.
Il-mistoqsija ssegwi l-kampanja li l-Labour ilu jagħmel għal dawn l-aħħar jiem biex jipprova jaħbi l-mod kif il-Bobby u sħabu qed jagħmlu minn kollox biex fil-Labour itajru min-nofs lil kull min hu ta’ Joseph.
Iżda filwaqt li tas-Super 1 qalu li d-Deputat ġdid tal-PN “ma ċaħadx li talbuh ma jikkontestax”, il-verità hi totalment differenti.
Fil-fatt, Albert Buttigieg kien ċar fi kliemu billi qal lir-reporter tal-Labour li “nista’ nserraħlek rasek li ħadd ma għamilli pressjoni u llum qiegħed hawnhekk biex inkomplu nirrispettaw il-proċess demokratiku”.