Qed ikomplu joħorġu aktar persuni li, fil-beraħ, jiġbdu widnejn il-Bobby dwar il-mod kif qed jitmejjel bl-impjegati tal-Air Malta.
U għax il-Gvern tal-Labour spiċċa wieħed li ma jisma’ minn ħadd, il-Laburisti mhux jibqalhom post ieħor fejn jgħidu tagħhom ħlief fuq il-Facebook, speċjalment fil-paġni riżervati għal-Laburisti stess.
Bħal f’dan il-każ fejn kellek min staqsa fejn hu l-Gvern tal-Ħaddiema, li mhux iserraħ ras il-ħaddiema tal-Air Malta u min iwieġeb li lill-ħaddiema spiċċaw bellħuhom għax ma jafux x’se jiġri minnhom.
Fuq kollox, għandek Laburisti li, minsijin mill-Bobby, qed jistaqsu jekk fadalx Gvern tal-Ħaddiema għax moħħhom biss biex jitfgħu f’buthom.
