Minkejja li jrid lil kulħadd jissikka ċ-ċintorin, il-Bobby għażel li jonfoq eluf kbar ta’ ewro biex iżur New York.
Fl-istess waqt, il-Bobby u sħabu naqqsu aktar minn miljun ewro mill-fondi tal-Università ta’ Malta u mhux jeskludu li jagħlqu lill-Air Malta, b’inċertezza qawwija fost l-impjegati tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Barra minhekk, il-Bobby sforza lill-Ministru tal-Finanzi tiegħu biex jibda jitfagħha bil-mod lill-poplu li fil-Budget li ġej se jitnaqqsu sew il-fondi ta’ diversi diparimenti oħrajn.
Iżda għalih u għal sħabu, ma ddejjaqx isib €140,000 biex imur New York!