Il-Bobby jonfoq l-għexieren tal-eluf biex imur New York – martu tmur biss għal wirja tal-moda

Minkejja li jrid lil kulħadd jissikka ċ-ċintorin, il-Bobby għażel li jonfoq eluf kbar ta’ ewro biex iżur New York.

It-Times illum żvelat kif din iż-żjara swiet lill-pajjiż €140,000 wara li ħa miegħu 30 persuna. Fosthom ħa anke lil martu Lydia, li jidher li xogħolha kien biss li żżur wirja tal-moda.

Fl-istess waqt, il-Bobby u sħabu naqqsu aktar minn miljun ewro mill-fondi tal-Università ta’ Malta u mhux jeskludu li jagħlqu lill-Air Malta, b’inċertezza qawwija fost l-impjegati tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Barra minhekk, il-Bobby sforza lill-Ministru tal-Finanzi tiegħu biex jibda jitfagħha bil-mod lill-poplu li fil-Budget li ġej se jitnaqqsu sew il-fondi ta’ diversi diparimenti oħrajn.

Iżda għalih u għal sħabu, ma ddejjaqx isib €140,000 biex imur New York!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *